Ir-Royal Malta Yacht Club jittama li l-Kampjonati Dinjija tal-Offshore Sailing jsiru f’Ottubru li ġej

Ir-Royal Malta Yacht Club għadu bit-tama li l-Kampjonati inawgurali tal-Offshore Sailing World għall-ekwipaġġi Maltin tal-kategorija ‘double handed’, jsiru f’Ottubru 2020. Il-Kampjonati, li ġew żvelati waqt it-tnedija mill-World Sailing fl-2017, kienu skedati li jsiru fl-istess żmien tal-41 edizzjoni tar-Rolex Middle Sea Race.

Ir-Royal Malta Yacht Club ġie appuntat mill-World Sailing sabiex jospita dan l-avveniment.

Għalkemm is-sitwazzjoni ta’ Covid-19 tista’ twaqqaf l-avveniment milli jsir, ir-Royal Malta Yacht Club xorta għadu qed jaħdem sabiex ikollu proċess ta’ għażla fis-seħħ. Dan sabiex eventwalment jintgħażel it-team Malti għall-kategorija Mixed Double Handed. Dan il-proċess, li qed isir taħt il-l-awspiċi tal-Malta Sailing Federation u b’koperazzjoni mal-Jarhead Young Sailors Foundation, se jkun appoġġjat bis-sħiħ minn Yachting Malta.

Il-Club ħabbar, li dan il-proċess jibda biss wara li l-awtoritajiet tas-saħħa jiddeterminaw li s-sitwazzjoni Covid -19 naqset biżżejjed biex tippermetti dan it-tip ta’ attività.

L-età minima għall-ekwipaġġi, li huma magħmula minn raġel u mara waħda, hija ta’ 18-il sena u ż-żewġ membri jridu jkunu membri ta’ Club jew Assoċjazzjoni affiljata mal-Malta Sailing Federation. Iż-żewġ membri tal-ekwipaġġ għandhom ikunu eliġibbli biex jirrappreżentaw lil Malta skond ir-Regolament numru 19 – Il-Kodiċi tal-Eliġibbiltà, tal-Federazzjoni Internazzjonali tal-Ibburdjar.

L-ekwipaġġi eliġibbli huma mitluba jibagħtu email fuq l-indirizz elettroniku, info@rmyc.org fejn jiddikjaraw l-interess tagħhom sabiex jibqgħu aġġornati bl-iżviluppi.

Share With: