Is-Serie A sa Ottubru?

Sar magħruf li l-clubs li jiffurmaw is-Serie A Taljana jafu jispiċċaw l-istaġun tard aktar milli previst fejn hemm min issuġġerixxa li dan kollu jista’ jasal sa Ottubru. Din il-possibbiltá ġiet konfermata mill-president tal-Federazione Italiana Giouco Calcio Gabriele Gravina.

Il-kampjonat Taljan ġie sospiż b’mod indefinit kmieni x-xahar l-ieħor wara li l-pandemija tal-Coronavirus infirxet sew madwar il-peninsula u ħalliet ħerba sħiħa b’eluf ta’ nies infettati u mejta partikolarment fin-naħa ta’ fuq tal-pajjiż.

Il-Federazzjoni Taljana ħarġet stqarrija fejn qalet li s-Serie A tkompli biss jekk l-awtoritajiet tas-saħħa jagħtuhom dan il-permess.

Gravina qal li għalissa se jħalli d-data tas-17 ta’ Mejju bħala waħda possibbli li jerġa’ jkompli l-istaġun għalkemm jekk kollox jittardja għal diversi ġimgħat ma tkunx waslet l-aħħar tad-dinja.

Il-president tal-FIGC għandu l-intenzjoni li jlesti l-istaġun attwali aktar milli jiddikjarah null.

Share With: