Is-Serie A se tissokta f’Mejju li ġej?

Pjani qed jieħdu forma biex kif terġa’ tibda s-Serie A f’Mejju jew f’Ġunju, isiru testijiet tal-coronavirus għall-iskwadri kol­lha, perjodi ta’ kwarantina għal dawk li jiġu minn barra u taħriġ strutturat.

Il-miżuri tal-lockdown ġew estiżi sat-13 ta’ April, inkluża stipulazzjoni ġdida tal-Gvern li tipprojbixxi t-taħriġ f’faċilità anki għall-atleti professjonali.

Madankollu, in-numru ta’ mwiet, każijiet u ħtiġijiet ta’ kura intensiva naqas b’mod sinjifikanti din il-ġimgħa, u dan jissuġġerixxi li l-Italja laħqet il-quċċata tal-kriżi.

Il-Ministru għall-Isport, Vincenzo Spadafora, ikkonferma li kien qed jitkellem mal-ħames l-ikbar federazzjonijiet sportivi tal-pajjiż biex jiddiskuti pjan biex jerġgħu lura fit-triq it-tajba, bit-tama li jikkonkludu l-is­taġun.

Data potenzjali biex jerġa’ jibda l-logħob tkun l-24 jew il-31 ta’ Mejju, minflok l-20 ta’ Mejju kif bassar u ħabbar il-president tal-FIGC, Gabriele Gravina.

Dan ikun ifisser li wara l-Għid jerġa’ jibda t-taħriġ jew l-aktar tard fit-2 ta’ Mejju.

Il-protokoll biex il-players jittaffew lura mill-iżolament voluntarju f’sessjonijiet ta’ taħriġ li għad iridu jinħadmu, se jinkludi testijiet totali għall-membri kollha tal-iskwadra u tal-personell biex ikun żgurat li ħadd ma jkun pożittiv għall-coronavirus.

Aktar testijiet isiru kull ġimgħa biex jinżamm dak il-livell ta’ ċertezza fit-triq kol­lha sa tmiem l-istaġun.

Il-clubs huma maħsuba li qed jaħdnu fuq testijiet fuq il-COVID-19, skond l-istrutturi mediċi fil-bliet tagħhom, li jiżguraw li kulħadd ikollu biżżejjed biex jinqeda sa tmiem l-istaġun.

Ikun hemm ukoll perjodu ta’ 14-il ġurnata kwarantina għall-players li jsiefru waqt l-lockdown, li minnhom hemm mhux ħażin, u għalhekk għandhom jiġu introdotti għat-taħriġ aktar tard.

Meta l-logħob jerġa’ lura, dawn huma kważi ċerti li jkunu bil-bibien magħluqa, għall-inqas sakemm jibdew.

Share With: