Is-Sindku tal-Imqabba jiċċelebra għeluq sninu b’differenza

Joffri l-onorarja ta’ Sindku ta’ dan ix-xahar lil dawk aktar fil-bżonn

Is-Sindku tal-Imqabba iddeċieda li jiċċelebra għeluq sninu b’differenza. F’kitba fuq il-paġna tiegħu ta’ Facebook Farrugia qal li f’dawn il-mumenti iebsin ħass li għandu jkompli jgħin lil ħaddieħor.

Kien għalhekk li kif kompla jispjega, għażel li joffri l-onorarja kollha tiegħu bħala Sindku ta’ dan ix-xahar lill-Fondazzjoni Suret il-Bniedem u lid-Dar tal-Providenza.

Farrugia llum għalaq 25 sena u tenna jgħid li dan huwa perjodu li rridu naħsbu f’xulxin biex flimkien inkunu nistgħu negħlbu din l-isfida li qed naffaċċjaw bħala nazzjon.

B’hekk Omar Farrugia jingħaqad ma’ persuni oħra li għażlu li joffru s-salarju tagħhom biex jgħinu lil persuni aktar fil-bżonn f’dan il-perjodu tant diffiċli.

Share With: