Issa anke Wimbledon ġie pospost

It-tournament ta’ Wimbledon ġie pospost minħabba l-pandemija tal-coronavirus.

Din kienet l-ewwel darba li dan it-tournament ġie kanċellat għall-ewwel darba mit-Tieni Gwerra Dinjija.

Dan it-tournament kellu jintlagħab bejn id-29 ta’ Ġunju u t-12 ta’ Lulju.

Wimbledon huwa l-aħħar avveniment sportiv li ġie pospost wara l-Euro 2020 u l-Olimpjadi ta’ Tokjo, kif ukoll l-Open ta’ Franza.

“Din hija deċiżjoni diffiċli li kellha tittieħed iżda s-saħħa u l-benesseri tal-pubbliku jiġu l-ewwel u qabel kollox,” qal Ian Hewitt li huwa l-president tal-club All England Lawn Tennis Club.

“Hija deċiżjoni li kellna nieħdu kontra qalbna minħabba li ilna naħdmu biex dan it-tournament jiġi organizzat. Ninsabu diżappuntati ħafna.

“Iżda l-ħsibijiet tagħna jmorru lejn il-vittmi u dawk in-nies li qed jiġġieldu kontra dan il-virus li qed iħalli ħerba sħiħa warajh,” qal Hewitt.

Share With: