It-tarbija ta’ xahar pożittiva għall-Covid-19 tinsab f’kundizzjoni ta’ saħħa tajba

It-tarbija ta’ xahar li fl-aħħar jiem instabet pożittiva għall-coronavirus tinsab f’kundizzjoni ta’ saħħa tajba u qed tiġi segwita mill-ispeċjalisti tal-pedjatrija.

Dan qalitu s-Supretedent tas-Saħħa Pubblika, il-Prof. Charmaine Gauci, waqt il-konferenza tal-aħbarijiet li matulha tat aġġornament dwar il-każi ġodda ta’ Covid-19 f’pajjiżna meta kienet twieġeb mistoqsija li saritilha minn dan is-sit.

Prof. Gauci intant ħabbret li fl-aħħar sigħat ġew reġistrati 13-il każ ġdid minn 900 swab li saru. Dan wassal biex in-numru ta’ każi f’Malta issa tela’ għal 350 każ.

Share With: