It-turisti se jkunu jistgħu jaraw siti storiċi b’mod virtwali … inħajruhom iżuru pajjiżna wara l-pandemija

Heritage Malta u l-Awtorita Maltija tat-Turiżmu (MTA) ingħaqdu f’inizjattiva li permezz tagħha qed jiffilmjaw siti storiċi biex juruhom lill-barranin ħalli jħajruhom iżuru pajjiżna wara li tgħaddi l-pandemija.

Dettalji dwar dan il-proġett ingħataw mill-Ministru għat-Turiżmu u Protezzjoni tal-Konsumatur Julia Farrugia Portelli u l-Ministru għall-Wirt Nazzjonali, Arti u Gvern Lokali Jose Herrera.

Fil-preżenza ta’ uffiċjali għolja ta’ Heritage Malta u l-MTA f’Ħaġar Qim ġie spegat li l-filmati se jinstemgħu bil-lingwa Ingliża għalkemm se jkun hemm ‘subtitles’ b’lingwi differenti skont is-suq li għalih ikun indirizzat il-filmat.

Farrugia Portelli irrimarkat li b’din l-inizjattiva qed niftħu s-siti storiċi b’mod virtwali u Malta se turi l-isbaħ postijiet tagħha bl-idea tkun li l-barranin jaraw lil Malta issa u jżuruna aktar tard.

Min-naħa tiegħu, Herrera irrimarka li l-patrimonju tagħna m’hawnx bħalu u permezz ta’ din l-inizjattiva għandu jservi ta’ kalamita biex il-barranin jieħdu togħma ta’ pajjiżna issa u possibilment iżuru Malta wara li tgħaddi l-imxija.

Share With: