“Iva fuq il-mejda qed nikkonsidraw irdim fil-baħar” – II-Ministru Aaron Farrugia

Id-Deputat Nazzjonalista Toni Bezzina talab lill-Ministru Aaron Farrugia jekk jistax jikkonferma li hawn problema fejn jintrema ir-radam u talbu wkoll jikkonferma jew le jekk hemmx pjani għal irdim fil-baħar. 

Il-Ministru Aaron Farrugia min-naħa tiegħu stqarr li “iva fuq il-mejda għandna li jkollna irdim fil-baħar. Saret fil-passat u hemm permessi diġà. Infrastruttura Malta ftit jiem ilu infurmat li m’għandhiex fejn tarmi. Barrieri hawn ħafna u l-kwistjoni hi dwar prezzijiet. Se nitolbu studju dwar il-prezzijiet li qed jintalbu għar-rimi”.

Mistoqsi mid-Deputata Nazzjonalista Claudette Buttiġieġ dwar l-istudji tal-erba’ impjant li se jsiru fi-Magħtab, il-Ministru Aaron Farrugia qal li sa issa tlesta ir-rapport dwar l-impjant tal-‘waste to energy’. Tenna li fuq it-tliet impjanti l-oħra, l-istudji għadhom kemm inbdew.

Hu qal li “fil-Magħtab se jkun hemm erba’ impjanti, wieħed waste to energy diġà sar studju, L-Oragnic plant, il-clinical plant u l-impjant l-ieħor l-istudju tagħhom għadhom qed isiru u dawn mhux bilfors jiġu ppreżentati flimkien.”

Share With: