James Pallotta mhux qed jaqta’ qalbu fuq l-istadium il-ġdid

Il-biljunarju Amerikan, James Pallotta, qed jaħsibha biex jerġa’ jixħet applikazzjoni għall-bini ta’ stadium ġdid għal Roma. Huwa għadu qed jistenna x’se jiġri mit-trattativa li għandu l-club mill-belt kapitali Taljana ma’ biljunarju ieħor mill-Istati Uniti, Dan Friedkin.

Hekk kif bħalissa l-football jinsab wieqaf minħabba l-kriżi tal-coronavirus, anke dawn il-laqgħat ġew imwaqqfa biex Pallotta għadu qed jirrifletti li ma jaqtax qalbu milli jibni stadium ġdid għall-Giallorossi.

L-imprenditur Amerikan se jkollu laqgħa oħra mas-Sindku tal-belt kapitali Taljana, Virginia Raggi, fit-tentattiv li jipperswadiha terġa’ tmexxi l-applikazzjoni. Huwa stmat li dan l-istadium ġdid kapaċi jiġġenera madwar ħamest elef impjieg ġdid.

Share With: