Jamie Carragher: Liverpool tilfu kull rispett

L-ex player ta’ Liverpool, Jamie Carragher, li llum huwa opinjonista ma’ Sky Sport, ikkritika bl-aħrax lill-club wara li ddeċieda li jibgħat lill-istaff tiegħu fuq “leave” mhux imħallas biex japprofitta mill-iskema tal-Gvern Ingliż.

Minħabba s-sitwazzjoni tal-coronavirus, din l-iskema hija komposta minn 80% tas-salarju għal dawk li tilfu l-impjieg tagħhom.

Filwaqt li l-club qal li l-ebda persuna mill-istaff m’hu se jitlef l-impjieg tiegħu, huwa sostna li se jagħti l-20% li jkun fadal.

Din il-mossa ġabet magħha rabja kbira fost il-partitarji ta’ Liverpool hekk kif il-club huwa rinomat għall-għaqda u r-relazzjoni immensa li teżisti fi ħdan il-club.

Carragher qed isostni li Liverpool tilfu kull rispett lejn il-ħaddiema tagħhom. Huwa saħansitra kkritika lill-coach, Jurgen Klopp, għax baqa’ sieket fuq din l-affari wara li wera kompassjoni mal-istaff kollu tal-NHS madwar l-Ingilterra kollha li qed jikkumbatti kontra l-Covid-19.

Ta’ min isemmi li fi Frar li għadda, ir-Reds ħabbru li għamlu profitt ta’ £43 miljuni u għaldaqstant, skond Carragher, jifilħu jħallsu l-pagi tal-impjegati u mhux japprofittaw mis-sitwazzjoni billi jużaw il-finanzi tal-gvern.

Share With: