“Jekk Malta se titħalla waħida tiffaċċja din il-kriżi, ħafna persuni se jmutu” – Evarist Bartolo

Il-Ministru għall-affarijiet barranin u Ewropej Evarist Bartolo qal li eluf ta’ immigranti qed jitilqu minn kuntest tal-biża’ u jħarsu lejn il-baħar Mediterran bħala l-unika salvazzjoni.

Bartolo qal li fl-aħħar snin Malta salvat eluf ta’ nies u għamlet aktar milli setgħet, iżda minħabba sitwazzjoni ta’ nuqqas ta’ riżorsi, qed niffaċċjaw sitwazzjoni diżastruża.

Bartolo qal li l-UE għandha żżid l-għajnuna fil-Libja biex isservi ta’ inċentiv biex b’missjoni umanitarja tassisti lill-persuni fil-Libja. Qal li dan se jkun qed iservi biex dawn il-persuni jkollhom raġuni għaliex jibqgħu f’pajjiżhom.

Bartolo qal li jekk Malta se titħalla weħida f’din il-missjoni, se jkunu qed ibatu eluf ta’ nies iddisprati li l-unika għażla għalihom huwa l-baħar Mediterran.

Share With: