Jerome Boateng involut f’inċident tat-traffiku

Id-difensur internazzjonali Ġermaniż, Jerome Boateng, ħelisha ħafif meta l-karozza Audi li kien qed isuq baqgħet dieħla f’barriera tal-ħadid tal-ġenb ta’ triq li tinsab fi Munich. Il-player ta’ Bayern Munich mar iżur lil ibnu iżda huwa waqt li kien sejjer lura lejn daru tilef il-kontroll tal-karozza tiegħu. It-triq kienet bis-silġ u jidher li l-player ta’ 31 sena ma kienx qed isuq b’xi veloċitá ta’ barra minn hawn.

Il-ħsarat li ġarrbet il-karozza lussuża tiegħu jammontaw għal madwar €25,000.

Min-naħa ta’ Boateng, huwa ħareġ normali mill-karozza tiegħu għalkemm kien qed isofri minn xokk qawwi.

Share With: