Jhedded lil uffiċjal tal-LESA li “nkissirlek snienek” u jagħtih daqqa ta’ ponn wara li jwaqqfu għax ma kienx liebes seatbelt

Uffiċjal tal-komunità tal-LESA safa aggredit minn persuna li huwa waqqaf bil-vettura. L-inċident seħħ ilbieraħ għall-ħabta f’Ħal Qormi.

L-inċident seħħ hekk kif l-uffiċjal tal-LESA innota lil sewwieq li kien qed isuq mingħajr ma kien liebes is-seatbelt. Hekk kif waqqfu u talbu l-karta talidentità jew liċenzja tas-sewqan is-sewwieq baqa’ jirrifjuta u saħansitra ħareġ mill-vettura tiegħu b’mod vjolenti. Dan filwaqt li beda jgħid lill-uffiċjal tal-komunità li ma kien ħadd biex jagħtih il-liċenzja.

Saħansitra heddu u vjolentement qallu “inkissirlek snienek” u anke tah daqqa ta’ ponn fuq spalltu l-leminija.

F’dan il-punt l-uffiċjal korrettiv ħareġ multa lil sid il-vettura li għajjat lil raġel barrani residenti Ħal Qormi.

Wara dan, l-istess xufier daħal fil-karozza u kompla jhedded lill-uffiċjal tal-LESA li kien se jpattihielu, u anke beżaq mal-art fid-direzzjoni tiegħu.

Il-Pulizija qed tagħmel l-investigazzjonijiet tagħha b’rabta ma’ dan il-każ.

Share With: