Jhedduh b’arma u jisirqulu l-flus wara li wasslilhom l-ikel f’Ħaż-Żabbar

Il-Pulizija qed tinvestiga serqa li seħħet il-lejl illi għadda f’Ħaż-Żabbar.

Kienu għall-ħabta tas-01.45 a.m., xħin raġel daħal fl-Għassa ta’ Ħaż-Żabbar jirrapporta li kien ġie misruq fi Triq il-Ġiżimina, f’Ħaż-Żabbar.

Il-vittma’ spjega kif kien mar bil-mutur tax-xogħol iqassam xi ikel fl-imsemmija triq. Xħin żewġt irġiel ġew għall-ikel u tahom il-kont huma ħarġu arma li taqta’ u bil-ponta u talbuh il-flus li kellu fuqu.

Hekk kif ħadu l-flus, il-ħallelien minnufih ħarbu minn fuq il-post bil-flus kontanti.

Fortunatament, ħadd ma weġġa’ f’dan il-każ.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

Share With: