Jibdew jiġu investigati 45 suldat akkużati b’attentat ta’ qtil ta’ immigranti … L-Avukat Mula jgħid li grazzi għall-GWU s-suldati se jirċievu għajnuna legali

L-iskwadra marittima tal-Forzi Armati ta’ Malta dalgħodu bdiet tiġi investigata minn esperti tal-Qorti. Fil-fatt, jirriżulta li dawn l-esperti marru dalgħodu f’Xatt it-Tiben biex jibdew fl-istħarriġ rigward l-inkjesta maġisterjali li nfetħet fejn is-suldati jinsabu akkużati li qatlu volontarjament lill-immigranti. Mhumiex biss 11-il suldat li huma membri tal-ekwipaġġ tal-Patrol Boat P52 li qed jiġu investigati.

L-avukat Herman Mula li qed jiddefendi lis-suldati qal li sa issa hemm mal-45 suldat li qed jiġu akkużato b’rabta ma’ dawn l-akkużi.

L-inkjesta maġisterjali nfetħet wara l-kwerela ppreżentata mill-kelliema tal-Oppożizzjoni għall-Ġustizzja Jason Azzopardi.

L-avukat Mula intant irrefera għall-għajnuna li l-General Workers’ Union se tkun qed tipprovdi lis-suldati konċernati, u qal li kien proprju grazzi għall-GWU li huma se jkunu jistgħu jirrikorru għal għajnuna legali mingħajr ma jidħlu fi spejjeż direttament huma.

Share With: