“Inkwetanti li ħafna nies illum jiddefendu qattus jew kelb imbgħad jagħżlu li jħallu persuni bejn sema u ilma” – Iwieġeb Peppi Azzopardi

Il-preżentartriċi u attivitsta favur id-drittijiet tal-annimali Moira Delia talbet lill-preżentatur Peppi Azzopardi biex ma jużax dak li tikteb hu u jdawwar is-suġġett skont kif irid hu. 

Delia kompliet biex tgħid li hi temmen li s-suġġett li qed jitkellem dwaru hu huwa importanti immens u delikat ħafna wkoll imm talbitu biex juża l-profil tiegħu biex iwassal il-messaġġi li għandu għall-pubbliku.

Hija sostniet li hi għaddejja b’ħidma li ilha għomorha taħdem fuqha u kif ħafna jafu hija ddedikat ruħha biex tgħin l-annimali u fi kliemha stess “qatt ma’ użajt il-profil tiegħek biex naqliblek is-suġġetti li tikteb dwarhom int”.

Hija temmet tappellalu biex hu jibqa’ juża leħnu u hi tuża tagħha, iżda hi se tibqa’ l-leħen tal-annimali u hu jibqa’ juża l-enerġija tiegħu f’isem “dawk l-imsejknin”.

Min-naħa tiegħu Peppi Azzopardi wieġeb li mhux se jkun qiegħed juża l-wall tagħha biex iwassal il-messaġġ. Huwa żied jgħid li hija nkwetanti li ħafna nies illum jiddefendu qattus jew kelb; u sewwa jagħmlu imma imbgħad jagħżlu li jħallu persuni bejn sema u ilma, bil-għatx, bil-guħ, u fil-perklu li jegħrqu jew li jintbagħtu lura u jagħmlulhom kif għamlu lil dik il qattusa bla saqajn bit-tortura. Qal li dan ma jfissirx li b’xi mod għandha tnaqqas ix-xogħol tajjeb ħafna li qed tagħmel mal-klieb u l-qtates u annimali oħra. 

It-tieni punt fit-tweġiba tiegħu Azzopardi qal kif il-pajjiż jitratta l-annimali (kollha) lill-immigranti f’nofs ta’ baħar u lill-ħabsin u lill-minoranzi l-oħra huma deċiżjonijiet politiċi.

It-tielet punt huwa qal li hija gidba faħxija li hu jew xi ħadd ipprova joħroġha ta’ “miġnuna” aktar u aktar meta hu fuq l-annimali jekk xejn radikali iżjed minnek. Huwa stedina biex meta trid fil-pubbliku jew fil-privat jiddiskutu x’ġara f’dak il-programm u tinduna li kif marret f’dak il-programm kienet għażla tagħha u ma kellha x’taqsam assultament xejn ma’ kif ippreżenta l-programm. 

Huwa temm jirringrazzjaha tax-xogħol eċċelenti li tagħmel minn qalbha.

Share With: