Jikkontrollaw in-nirien u joħorġu qattus minn wieħed mill-appartamenti … sfortunatament imut kawża tal-ġrieħi li sofra

Ritratti: N.Vella

Aktar kmieni dalgħodu pumpiera mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili wieġbu għal sejħa fi blokka ta’ appartamenti f’San Pawl il-Baħar.

F’din l-operazzjoni kienu involuti tliet vetturi tat-tifi tan-nar, tliet uffiċjali u 10 pumpiera stazzjonati fix-Xemxija li aktar tard kienu assistiti minn dawk f’Kordin.In-nirien kienu kkontrollati f’qasir żmien u waqt it-tfittxijiet ta’ prekawzjoni kien salvat qattus minn wieħed mill-appartamenti.

Minkejja li dawk involuti taw l-ewwel assistenza, il-qattus miet kawża tal-ġrieħi li sofra fl-imsemmi inċident.

Il-qattus salvat minn wieħed mill-appartamenti sfortunatament miet kawża tal-ġrieħi li sofra
Share With: