Jinħeles mill-ħabs minħabba l-coronavirus u akkużat li qatel persuna 24 siegħa wara

Ħabsi li nhar id-19 ta’ Marzu nħeles minn ħabs fi Florida minħabba l-pandemija tal-coronavirus allegatament wettaq omiċidju l-għada li nħeles.

Joseph Edwards Williams, ta’ 26 sena, ġie arrestat nhar it-Tnejn li għadda b’rabta ma’ reat li twettaq l-għada li nħeles mill-ħabs ta’ Hillsborough country f’Tampa, florida. Huwa mistenni li jkun mixli b’omiċidju.

Williams kien wieħed fost 164 ħabsi ieħor li uffiċjali kienu qed iqisu bħala “mhux vjolenti” f’tentattiv li jipprevjenu l-imxija tal-coronavirus fil-ħabs.

Skont l-awtoritajiet tal-forzi tal-ordni Amerikani, Williams kien involut fi sparatura li żvolġiet nhar l-20 ta’ Marzu li għadda, l-għada li nħeles mill-ħabs.

Williams kien qed jiskonta sentenza ta’ priġunerija wara li nstab ħati ta’ pussess ta’ eroina u droga oħra.

Il-każ ta’ Williams qed jiżvolġi hekk kif fl-Istati Uniti eluf ta’ ħabsin inħelsu f’tentattiv li l-virus ma jinfirixx fil-ħabsijiet.

Share With: