Jiżdiedu l-clubs interessati f’Giacomo Bonaventura

Torino ngħaqdu ma’ Roma, Fiorentina, Napoli, Atalanta u Lazio sabiex jippruvaw jiksbu l-firma tal-player ta’ nofs il-ground ta’ AC Milan Giacomo Bonaventura. Dan tal-aħħar qed jissemma’ l-ħin kollu matul din il-ġimgħa f’diversi xnigħat hekk kif il-player ma ġiex offrut kuntratt ġdid mar-Rossoneri bil-kuntratt tiegħu jiskadi f’Ġunju li ġej.

B’hekk Bonaventura se jkun qed itemm perjodu ta’ għaxar snin jilgħab mat-team minn Milan.

Matul dan l-istaġun, il-player ta’ 30 sena lagħab 19-il partita mar-Rossoneri bejn Serie A u Coppa Italia wara li rkupra minn injury serja li kellu.

Sadanittant sar magħruf li Roma huwa l-iktar team favorit li jakkwista lil Bonaventura bil-club mill-belt kapitali Taljana diġá lesta pjan ta’ tliet snin għalih li jista’ jlaħħaq għal salarju ta’ €2 miljun kull staġun.

Share With: