John Arne Riise u t-tifla tiegħu jiddaħħlu l-isptar

Bejn il-lejl tat-Tlieta u l-Erbgħa, l-ex difensur ta’ Liverpool, John Arne Riise, flimkien mat-tifla tiegħu, Arianna, ddaħħlu l-isptar  wara li kienu nvoluti f’aċċident tat-traffiku fin-Norveġja. 

L-aċċident seħħ fil-belt ta’ Alesund hekk kif Riise kien qed iwassal lit-tifla tiegħu ta’ 19-il sena lura d-dar. Meta waslu qrib id-destinazzjoni tagħhom, Riise pprova jiskapula ostaklu fit-triq biex baqa’ dieħel f’barriera tal-ħadid bil-konsegwenza li l-karozza ġarrbet ħsarat konsiderevoli. 

Huma ttieħdu b’urġenza l-isptar iżda l-Erbgħa filgħodu Riise nnifsu fuq Twitter sostna li huwa u Arianne ġew rilaxxati mill-isptar wara li qattgħu lejl hemm għall-osservazzjoni. 

Share With: