Juan Musso jibqa’ jissemma ma’ Inter

Hekk kif bħalissa jinsab l-Arġentina fuq kwarantina, il-goalkeeper ta’ Udinese, Juan Musso, tkellem rigward l-interess li għandhom Inter għalih.

Il-goalkeeper ta’ 25 sena qal li jħossu onorat li club kbir bħal Inter irid is-servizzi tiegħu għalkemm sostna li bħalissa għadu kmieni sabiex isemmi xi tip ta’ trasferiment meta qed jittama li jkun jista’ jkompli l-istaġun ma’ Udinese.

Musso ma naqasx li jitkellem fuq is-sitwazzjoni attwali tal-Covid-19 fejn stqarr li jinsab ferm imdejjaq f’dan il-perjodu fejn ilhom ma jitħarrġu għal dawn l-aħħar tliet ġimgħat.

Share With: