Junior Firpo mfittex minn Napoli

Napoli kitbu lil Barcelona sabiex jiksbu s-servizzi tad-difensur ċentrali Junior Firpo. Dan il-player żagħżugħ ta’ 23 sena qed jispikka mal-Blaugrana partikolarment meta l-coach, Quique Setien, jagħtih iċ-ċans li jilgħab fl-ewwel ħdax. Huwa fil-fatt lagħab 17-il logħba u skorja goal wieħed biss mal-Katalani.

Huwa ngħaqad ma’ Barcelona fil-bidu ta’ dan l-istaġun mingħand Real Betis għas-somma ta’ €18-il miljun.

Barcelona se jkunu qed jippruvaw ibigħu lil Firpo sabiex iġibu l-flus tiegħu u forsi jakkwistaw attakkanti ġodda.

Sadanittant xewqet id-diriġenti Partenopei hija li jkollhom plejer ta’ kwalitá li jista’ jgħin fil-qalba tad-difiża.

Share With: