Juventus mhux se jaċċettaw li jsiru champions jekk il-kampjonat jiġi kanċellat

Fis-sigħat li għaddew Juventus ħarġu stqarrija fejn qalu li huma mhux beħsiebhom jaċċettaw it-titlu ta’ champions jekk il-kampjonat tas-Serie A jiġi kanċellat mill-federazzjoni tal-football Taljana, FIGC.

Anke l-president ta’ din l-assoċjazzjoni Gabriele Gravina ikkonferma din l-aħbar fejn kompla jgħid li bħalissa kulħadd jinsab f’inċertezza kbira bin-numru ta’ vittimi kawża l-Covid-19 li baqa’ wieħed allarmanti.

Hekk kif Juventus jinsabu fl-ewwel post, punt fuq Lazio, tqajmu diversi mistoqsijiet jekk jagħmilx sens li l-kampjonat jitkompla f’dawn il-kundizzjonijiet.

Gravina qal li qed jimxi mal-istruzzjonijiet tal-president tal-UEFA Aleksandar Ceferin u għalissa ma jridx jikkommetti ruħu li jieħu xi forma ta’ deċiżjoni.

L-Italja ilha f’lockdown għal dawn l-aħħar tliet ġimgħat u din is-sitwazzjoni ġiet imġedda għall-Għid il-Kbir.

Share With: