Juventus u Cristiano Ronaldo – x’se jiġri?

L-attakkant ta’ Juventus, Cristiano Ronaldo, jista’ jagħmel ritorn bla ħsieb ma’ Real Madrid. Dan kollu qed jiġri fl-isfond tal-problemi finanzjarji li qed iġġib magħha l-pandemija tal-Covid-19 fejn bħalissa l-kampjonati kollha domestiċi fid-dinja jinsabu kollha weqfin.s

Fl-isfond ta’ dan kollu ċ-champions Taljani se jippruvaw jibbilanċjaw il-kontijiet tagħhom u jekk il-waqfa ddum aktar milli mistenni jkollhom jaraw kif jagħmlu u jġibu l-flus minn x’imkien.

Hekk kif l-attakkant internazzjonali Portugiż bħalissa qed jaqla’ madwar €500,000 fil-ġimgħa, din il-figura taf tkun problematika għall-but tad-diriġenti Juventini.

Attenti għal dak li qed jiġri hemm Real Madrid li mhux se jaħsbuha darbtejn sabiex jerġgħu jieħdu lura lill-idolu tagħhom għal ħafna snin.

Share With: