Karozza tinqered kompletament kawża ta’ nirien fil-Marsa

Karozza nħakmet minn nirien biswit fi Triq ix-Xwieni fil-Marsa.

Kif jixhdu ritratti ta’ inewsmalta l-karozza nqerdet kompletament min-nirien. Dan is-sit jinsab infurmat ukoll li kien hemm vettura oħra pparkjata biswit din imsemmija u li b’azzjoni fil-ħin irnexxielu jeħlisha milli jkun hemm it-tieni karozza involuta.

Fuq il-post waslu immedjatament l-ħaddiema tal-Protezzjoni Ċivili li kkontrollaw in-nirien.

Filwaqt li għadu mhux magħruf x’kienet ir-raġuni wara dan il-ħruq, il-Pulizija tinsab għaddejja bl-investigazzjonijiet tagħha.

Il-karozza sfortunatament inqerdet kompletament kawża tan-nirien
Share With: