Kju kbir fil-Belt Valletta hekk kif aktar persuni qed josservaw il-miżura tad-distanza

Jidher li l-appell tal-awtoritajiet tas-saħħa qed jasal għand il-poplu u xhieda ta’ dan huwa kju li ntlemaħ dalgħodu fi Triq ir-Repubblika fil-Belt Valletta.

Din it-triq sa qabel feġġew l-ewwel każi ta’ coronavirus f’pajjiżna kienet tkun mimlija b’persuni deħlin u ħerġin imma issa l-folja inqalbet.

Qalb din it-triq battala spikka kju li jikkuntrasta lil dak li kien qiegħed ikun hemm qabel ma’ tħabbru miżuri restrittivi bil-għan li jonqos it-tixrid tal-virus. Kif jidher ċar fir-ritratt aktar persuni qed josservaw il-miżura li tinżamm distanza ta’ żewġ metri bejn persuna u oħra.

Persuna josservaw il-miżura tad-distanza u jiffurmaw kju fil-Belt Valletta

Il-pulizija qed tkompli tinforza b’aktar spezzjonijiet u dan kien konfermat mill-aħħar dettalji li ġew ippubblikati lbieraħ fejn 50 persuna ġew immultati €100 kull wieħed.

Share With: