Konfermat it-tieni vittma tal-coronavirus f’Malta

Fi stqarrija maħruġa mill-Uffiċċju tad-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa fit tal-ħin ili ntqal li l-Ministeru għadu kemm ġie infurmat li anzjan ta’ 79 sena huwa t-tieni vittma tal-Covid-19 f’pajjiżna.

L-anzjan, li kien qiegħed jingħata kura fl-Isptar Karen Grech, kellu diversi kumplikazzjonijiet tas-saħħa. Huwa ġie ttestjat għal-Covid-19 fis-6 ta’ April wara li żviluppalu d-deni u nstab pożittiv.

L-anzjan miet fl-Isptar Karen Grech matul il-lejl.

Il-Ministeru għas-Saħħa, filwaqt li jagħti l-kondoljanzi lill-familjari tal-anzjan, mill-ġdid jappella biex il-poplu jsegwi l-appelli tad-Dipartiment tas-Saħħa, hekk biss nistgħu nipproteġġu lill-aktar vulnerabbli fis-soċjetà tagħna.

Share With: