“Kont stupidu” … Ministru tas-Saħħa fi New Zealand joħroġ bil-familja fi żmien il-lockdown

Aktar kmieni dalgħodu l-Ministru għas-Saħħa fi New Zealand David Clark qal li kien “stupidu” wara li kiser il-miżura tal-lockdown meta ħa lill-familja tiegħu fejn il-baħar.

“Fiż-żmien li qed nitolbu lill-poplu biex jagħmlu sagrifiċċji jien mort kontra t-tim tiegħi stess. Kont stupidu,” kompla Clark.

Ir-riżenja tiegħu ma kinitx aċċettata iżda tilef il-pożizzjoni tiegħu fil-klassifika tal-Kabinett u anke l-possibilità li jkompli jikkontribwixxi fil-pajjiż permezz ta’ pożizzjonijiet oħra li kien favorit li jieħu.

Share With: