Kumpanija li tispeċjalizza f’kontenut għal casinos online bi kwartieri f’Malta

Minn MELVIN FARRUGIA

Il-kumpanija Stakelogic, li tispeċjalizza fil-kontenut għall-iżviluppaturi ta’ casinos online, fetħet il-kwartierti ġenerali tagħha f’Malta biex minnu tkun tista’ tassigura tkabbir fl-Ewropa. 

Din il-kumpanija għandha hubs oħra f’Eindhoven l-Olanda u fi Kiev fl-Ukrajna. Għalhekk tħoss li dawn il-kwartieri f’Malta se jippermettulha li sservi lill-imsieħba tagħha fis-swieq Ewropej. 

F’dan l-uffiċċju mistennija tilqa’ uffiċjali tal-bejgħ, flimkien ukoll ma’ dawk li jieħu d-deċiżjonjiet biex jaħdmu ma’ klijenti ġodda u anke dawk diġà eżistenti f’Malta, fir-Renju Unit, fi Spanja, fl-Italja, fil-Portugall, fl-Iżvezja, fid-Damimarka u anke oħrajn. 

Bħala kumpanija, Stakelogic taħdem ma’ msieħba bħal Betsson, Mr Green, Gaming Innovation Grou, Pokerstars, Kindred, Casumo, Wildz u Videoslots, filwaqt li qiegħda tara li tkompli għaddejja bit-tkabbir tagħha. 

Il-Kap Eżekuttiv ta’ Stakelogic, Stephan van den Oetelaar spjega li l-kumpanija hi eċċitata li fetħet il-kwartieri ġenerali tagħha f’Malta biex tkun tista’ taħdem aktar fil-qrob mal-operaturi fil-qalba tas-suq Ewropew. 

Spjega li l-kumpanija kibret sew mill-2018 u għalhekk din il-wasla f’Malta timmarka li saret waħda mill-aqwa żviluppaturi tal-casinos online madwar id-dinja. Hu qal li bħala kumpanija jħarsu ‘l quddiem biex isaħħu r-relazzjonijiet eżistenti, filwaqt li jingħaqdu ma’ ditti ġodda minn din il-bażi f’pajjiżna. 

Share With: