L-effett tal-Covid-19 jinħass sew fiċ-Ċittadella

Ritratti: Roger Azzopardi

Ċertament li fl-aħħar xhur postijiet kemm f’Malta kif ukoll f’Għawdex raw tibdil kbir f’dak li mdorrijin naraw is-soltu. Fl-aħħar ġimgħat dan is-sit ippubblika ritratt ta’ Triq ir-Repubblika battala min-nies li tmur lil hinn mit-triq li mdorrijin naraw dejjem bieżla u bin-nies deħlin u ħerġin.

Il-fotografu ta’ inewsmalta fl-aħħar sigħat żgħar iċ-Ċittadella u rnexxielu jiġbed ritratti tal-post kif mhux imdorrijin narawh. Ċittadella battala fis-sigħat li fiha mdorrija tara eluf ta turisti li jżuru l-Gżira Għawdxija u bħala wieħed mill-postijiet storiċi jagħżlu li japprezzaw il-ġmiel ta’ dawn is-swar.

Share With: