l-FA Belġjana tisħaq li s-saħħa pubblika għandha tiġi l-ewwel u qabel kollox

Il-football Belġjan iddefenda d-deċiżjoni tiegħu li jtemm l-istaġun f’sejħa mal-UEFA wara li din heddet lil dawk il-pajjiżi li ma jippruvawx itemmu l-kampjonati tagħhom bi projbizzjoni mill-kompetizzjoni Ewropej.

Nhar il-Ħamis il-Pro League tal-Belġju kkanċella l-kumplament tal-istaġun, li ġie sospiż ix-xahar li għadda minħabba s-sitwazzjoni tal-pandemija tal-coronavirus.

Club Brugge ġew dikjarati champions waqt li grupp ta’ ħidma ta’ ħames persuni ġie mwaqqaf biex jiddeċiedi l-kwistjonijiet tar-relegazzjoni u l-promozzjoni u l-postijiet fil-kompetizzjonijiet Ewropej fl-istaġun li ġej.

Iżda l-kampjonat ġie sfruttat kważi mmedjatament meta l-UEFA qalet lill-membri li kienet ta’ “l-akbar importanza” li l-kompetizzjonijiet, inklużi l- kampjonati domestiċi, jiġu deċiżi fil-ground u li tieqaf għal kollox għandu jkun “l-aħħar rimedju”.

Dan issuġġerixxa li, fejn il-kompetizzjonijiet ma jintemmux fil-ground, il-clubs involuti jistgħu ma jikkwalifikawx għall-kompetizzjonijiet Ewropej fl-istaġun li ġej.

L-Assoċjazzjoni Belġjana tal- Football (KBVB) qalet li spjegat il-motivazzjoni għall-waqfien tal- kampjonat ta’ dan l-istaġun għal raġunijiet ta’ saħħa pubblika u ekonomija.

Share With: