L-FA Belġjana tittardja d-deċiżjoni tat-tmiem kmieni tal-istaġun

Il-kampjonat professjonali tal-Belġju ttardja b’iktar minn ġimgħa r-ratifikazzjoni ppjanata tad-deċiżjoni li ħadu biex iwaqqfuh għall-kumplament tal-istaġun.

Il-ġimgħa l-oħra l-bord tal-Pro League ddeċieda li jissospendi l-istaġun minħabba t-tħassib fuq is-saħħa u l-miżerja finanzjarji fl-isfond tal-pandemija tal-coronavirus li laqtet lill-Bel-ġju b’26,667 każijiet u 3,019 imwiet.

It-tħassir tal-kampjonat ħalla lil Club Brugge champions b’vantaġġ ta’ 15-il punt iżda deċiżjonijiet oħra fuq min se jilgħab fl-Ewropa u min se jiġi relegat għadhom ‘il bogħod milli jiġi determinati.

Id-deċiżjoni ta’ laqgħa sħiħa tal-24 team membru kellha ssir fil-15 ta’ April iżda issa ġiet mitfugħa lura ġimgħa għall-24 u qajmet spekulaz­zjoni li d-deċiżjoni tista’ tinbidel.

Dan seta’ ġara wara kritika mill-UEFA kif ukoll mit-theddida li l-clubs ma jkunux jistgħu jieħdu sehem fiċ-Champions League u fl-Europa League.

Dan seħħ ġurnata wara li l-FA Belġjana ħas­sret il-liċenzja ta’ tliet clubs li huma ċ-champions 10 darbiet, Standard Liege, Excelsior Mouscon u Oostende kif ukoll erbgħa mit-Tieni Diviżjoni biex ħallew il-logħba professjonali tiffaċċja kriżi.

Standard diġá ħabbru l-intenzjoni tagħhom li se “jappellaw b’mod vigoruż,” qalet stqarrija tal-club.

Share With: