L-FKNK ma tridx li għada jkunu sparati tiri bħala solidarjetà mal-morda bil-COVID-19

Minflok tħeġġeġ kull għajnuna volontarja li jista’ joffri kwalunkwe kaċċatur lill-komunità

Il-Federazzjoni Kaċċaturi Nassaba Konservazzjonisti (FKNK) tirreferi għall-inizjattiva ta’ kaċċatur li permez ta’ Facebook qiegħed iħeġġeg lill-kaċċaturi biex għada, il-Ħadd fil-8:00 ta’ filgħodu jisparaw tlett tiri fl-ajru bħala turija ta’ solidarjeta’ ma’ dawk kolla li sfortunatament huma morda bil-Covid 19.

Filwaqt li l-FKNK tapprezza u tammira dan il-ġest, taħseb li dan jista’ jintuża biex tkompli l-kritika negattiva kontra l-kaċċaturi, bħal ‘noise pollution’, tlett skrataċċ kull kaċċatur ħa jintremew fl-ambjent naturali, eċċ. Għaldaqstant, waqt li l-FKNK tħeġġeġ kull għajnuna volontarja li jista’ joffri kwalunkwe kaċċatur lill-komunità minħabba din il-pandemija, tfakkar lill-kaċċaturi li qatt m’għandhom iħallu skrataċċ li jkunu sparaw jiddetterjoraw u jagħmlu ħsara irreparabbli fl-ambjent naturali, imma kulljum jiġbru l-iskrataċċ kollha li jistgħu jisparaw u jiddisponu minnhom b’mod adekwat meta jirritornaw mill-kaċċa.

Ritratt – David Tipling

Share With: