“L-istaff ta’ Monte Karmeli ilu jingħata taħriġ numru ta’ ġimgħat”

Wara li fl-aħħar jiem ġew irrapportati numru ta’ każi ta’ coronavirus fl-Isptar Monte Karmeli

Minn MELVIN FARRUGIA

Fl-aħħar jiem ġew irrapportati numru ta’ każi ta’ coronavirus fl-Isptar Monte Karmeli. Inewsmalta ġie kkuntattjat minn infermieri u staff li jaħdmu f’dan l-isptar li qalulna li huma u l-kollegi tagħhom ġew mitluba jaraw pazjenti bil-COVID-19 u mingħajr ma kellhom it-tagħmir protettiv adegwat magħruf bħala PPE.

Stqarrew ukoll li huma ġew informati f’dawn il-każi meta semmiethom il-Professur Charmaine Gauci u għalhekk talbu lill-awtoritajiet tal-isptar biex jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jipproteġu lill-ħaddiema u anke lill-pazjenti.

Dwar dan aħna staqsejna lill-Ministeru tas-Saħħa li qalilna li t-taħriġ fost l-istaff tal-Isptar Monte Carmeli ilu numru ta’ ġimgħat li beda u għadu ghaddej, tant li s’issa diġà hemm mal-100 healthcare worker f’Monte Carmeli li ngħataw dan it-taħriġ.

Rigward l-ilbies protettiv, il-kelliema qalet li dan qiegħed jintlibes skont il-protokolli maqbula mal-Infection Control Unit, kif indikat ukoll mill-Għħaqda Dinjija tas-Saħħa (WHO). Saħqet li kull min jeħtieġ l-ilbies protettiv qiegħed jingħatalu.

Share With: