L-Istati Uniti tikkunsidra l-Covid-19 bħala arma bijoloġika

Żewġt irġiel tressqu l-Qorti b’akkużi ta’ terroriżmu fl-Istati uniti wara li heddew li jxerrdu l-coronavirus.

Skont id-Dipartiment tal-Ġustizzja fil-pajjiż, il-virus huwa “arma bijoloġika” u xnigħat assoċjati ma’ dan l-istess virus jistgħu jġorru magħhom sentenzi ta’ ħames snin priġunerija.

L-ewwel każ kien jinkludi raġel minn Florida li tressaq akkużat li beżaq lill-uffiċjali tal-pulizija li kienu qed jarrestaw fuq akkużi ta’ vjolenza domestika. Skont dokument tal-Qorti wieħed mill-uffiċjali ttestja pożittiv wara l-arrest, iżda l-akkużat irriżulta fin-negattiv.

Intant raġel ieħor minn Texas jinsab fl-istess sitwazzjoni wara li fuq Facebook xerred aħbar falza. Huwa kiteb li kien qabbad lil xi ħadd u ħallsu biex ixerred il-virus f’supermarkets fil-belt ta’ San Antonio.

Aktar minn 14,800 persuna tilfu ħajjithom fl-Istati Uniti kawża ta’ dan il-virus.

Share With: