L-Isvezja jwaqqfu l-coaches

Il-coach nazzjonali tal-Isvezja, Janne Andersson, ġie mwaqqaf mix-xogħol mill-FA sal-aħħar ta’ Mejju hekk kif il-korp tat-tmexxija qed jissielet mal-konsegwenzi ekonomiċi tal-pandemija coronavirus.

L-FA Svediża ħabbret li 90 impjegat, fosthom Andersson u l-coach tat-team nazzjonali tan-nisa, Peter Gerhardsson, se jkollhom il-ħin tax-xogħol tagħhom imwaqqaf sal-aħħar ta’ Mejju.

“Billi nnaqqsu l-ħin tax-xogħol, nistgħu nnaqqsu l-piż finanzjarju fuq l-organizzazzjoni, u b’hekk ir-riskju li n-negozju jintlaqat ħażin. Da’żgur, din hija xi ħaġa li ma nippreferux, iżda fis-sitwazzjoni preżenti hija miżura neċessarja u importanti,” qal is-segretarju ġenerali tas-SvFF, Hakan Sjostrand, fi stqarrija.

Share With: