L-Italja se tibda t-testijiet tal-vaċċin għall-COVID-19 fuq il-bniedem fis-sajf

It-testijiet fuq il-bniedem għall-vaċċin tal-Coronavirus fl-Italja mistennija jibdew fis-sajf.

Dan tħabbar minn konsorzju Ewropew li jikkonsisti fil-kumpanija ReiThera f’Ruma, Leukocare ta’ Munich u Univercells ta’ Brussels. 

Il-konsorzju spjega li bħalissa l-kumpanija ReiThera qiegħda tagħmel attivitajiet ta’ preparazzjoni biex tibda bit-testijiet kliniċi fl-Italja matul is-sajf tal-2020. Il-produzzjoni fuq skala kbira mistennija tibda immedjatament wara. 

Share With: