Leħnek jista’ jgħin fil-ġlieda kontra l-COVID-19

Il-Professur Cecilia Mascolo, li hi esperta fl-analiżi tad-data relatata ma’ servizzi tas-saħħa fuq il-mobile fl-Università ta’ Cambridge, temmen li permezz ta’ ħsejjes ikkekordjati ta’ tqaħqiħ, nifsijiet jew inkella ilħna ta’ pazjenti se jkun possibbli li jagħrfu min għandu l-COVID-19.

Din il-professur żviluppat applikazzjoni fuq il-mobile li kapaċi tirrekordja l-ħsejjes. B’dan il-mod se tkun qiegħda tħarreġ lill-intelliġenza artifiċjali biex tagħraf liema ħsejjes ikunu jfissru li persuna hi infettata bil-Coronavirus. 

Din l-applikazzjoni nħolqot bħala parti minn proġett bl-isem ta’ EAR, li hemm tama li eventwalment iwassal għal modi ġodda dwar kif issir id-dijanjosi ta’ mard respiratorju u tgħin ukoll fil-ġlieda globali kontra l-Coronavirus.

Share With: