Lucas Torreira bejn Milan u Napoli

Il-player ta’ nofs il-ground Urugwajan, Lucas Torreira, irid iħalli lil Arsenal biex jerġa’ jirritorna jilgħab fis-Serie A Taljana. Tant hu hekk li l-player ta’ 24 sena talab lill-aġent tiegħu biex isiblu destinazzjoni oħra għall-istaġun li ġej. U proprju pront ikkuntattjawh żewġ timijiet u dawn huma AC Milan u Napoli.

Din taf tkun it-tieni esperjenza ta’ Torreira fis-Serie A wara li qatta’ l-ewwel parti tal-karriera professjonali tiegħu ma’ Pescara u Sampdoria.

Il-Gunners ħallsu s-somma ta’ €29 miljun lil Sampdoria biex kisbu s-servizzi tiegħu għalkemm l-avventura tiegħu fl-Emirates Stadium ma tantx kienet waħda feliċi.

Huwa għalhekk li AC Milan u Napoli se jkunu qed joffru l-offerta tagħhom biex jippruvaw jakkwistaw lil dan il-player li lagħab 23 darba mat-team nazzjonali Urugwajan.

Share With: