Luis Enrique b’messaġġ lill-poplu Spanjol

Il-coach tat-team nazzjonali Spanjol, Luis Enrique, ħalla messaġġ fuq il-profil soċjali tiegħu fuq Twitter fejn indirizza lill-poplu tal-pajjiż wara l-emerġenza tal-coronavirus li qed tħalli ħerba warajha.

Huwa beda biex qal sabiex kulħadd jagħmel kuraġġ f’dan il-mument diffiċli fl-istorja tal-pajjiż filwaqt li appella biex kulħadd jibqa’ ġo daru.

Luis Enrique kellu wkoll appell ieħor xi jgħid lill-poplu Spanjol fejn sostna li huwa importanti li jinqata’ l-paroli żejjed u jafdaw kollox f’idejn it-tobba, l-infermiera, ix-xjentisti fil-laboratorju u fuq kollox l-uffiċjali tal-awtoritajiet tas-saħħa. Hu qal li dawn in-nies qed jiltaqgħu ma’ ħafna saram iżda qed ikollhom il-paċenzja kollha neċessarja sabiex jikkuraw u jindukraw sew lill-pazjenti infettati b’dan il-virus.

Il-coach nazzjonali Spanjol temm l-appell tiegħu b’metafora li għandha x’taqsam mal-football fejn stqarr li n-nies kollha fis-settur mediku qed jilagħbu kontra avversarju diffiċli u li ftit li xejn huwa magħruf u minkejja kollox jafu li se jsibu tattika sabiex jirbħulu.

Share With: