Lyon v Juventus setgħet xerrdet il-coronavirus

Il-logħba mill-ewwel leg tal-fażi tal-Aħħar 16 tal-UEFA Champions League bejn Olympique Lyon u Juventus li ntlagħbet fil-Groupama Arena, fis-26 ta’ Frar li għadda, setgħet kienet il-kaġun li l-imxija tal-Covid-19 infirxet sew f’din il-belt u lil hinn minnha.

It-tabib, Marcel Garriguo-Grandhchamp, li llum il-ġurnata huwa rtirat, sostna li r-rata ta’ riskju li diversi persuni jlaqqtu dan il-virus kien kbir wisq u kkritika lill-awtoritajiet li ħallew din il-logħba tintlagħab meta tqis dan diġá beda jinfirex fit-tramuntana tal-Italja.

Grandchamp kompla jgħid li logħba oħra minn din il-kompetizzjoni, jiġifieri dik bejn Paris St Germain u Borussia Dortmund, ukoll kellha rata ta’ riskju qawwi. Minkejja li l-partita ntlagħbet bil-bibien magħluqa, barra Parc des Princes kien hemm eluf ta’ partitarji ta’ PSG li nġabru sabiex xorta jsemmgħu leħinhom.

Grandchamp sostna li wara deċiżjonijiet meħuda ħażin, Franza issa qed taffaċċja problema kbira b’din l-imxija.

Share With: