“Ma naqbilx li l-awtoritajiet Libjani ma jiġux mgħejjuna… lanqas il-gruppi politiċi l-kbar fil-PE ma jaqblu”

Minn MELVIN FARRUGIA

Il-Ministru għall-Intern, Sigurtà Nazzjonali u l-Inforzar tal-Liġi, Byron Camilleri qal li hu ma jaqbilx mal-argument li l-awtoritajiet Libjani m’għandhomx ikunu mgħejjuna. Barra minn hekk, sostna li hu informat li lanqas il-gruppi politiċi l-kbar fil-Parlament Ewropew ma jaqblu li din l-għajnuna titwaqqaf. 

Hu qal dan wara li lbieraħ ġiet ippubblikata stqarrija dwar diskussjoni li saret f’kumitat tal-Parlament Ewropew fejn intqal li l-maġġoranza ta’ dawk il-membri parlamentari Ewropej li kienu preżenti qalu li din l-għajnuna għandha titwaqqaf. 

Il-Ministru Camilleri qal li bid-diffikultajiet kollha li għandhom il-Gwardja tal-Kosta Libjana, xorta jibqa’ l-fatt li dawn salvaw eluf ta’ persuni mill-għarqa fl-ibħra Libjani. Saħaq li mingħajr il-preżenza tagħhom, inkunu qegħdin nagħmluha aktar faċli għall-kriminali li jiffaċilitaw dawn il-vjaġġi biex ikomplu jipperikolaw il-ħajja tan-nies.

Għaldaqstant, hu qal li bħalma l-Unjoni Ewropea tgħin u tħeġġeġ lit-Turkija biex tiġġieled il-kutrabandu tan-nies, hekk ukoll għandu jsir fiċ-ċentru tal-Mediterran mal-pajjiżi ġirien tagħna fl-Afrika ta’ Fuq.

Share With: