Ma setgħux imorru jaraw lil San Ġorġ … dar jarahom hu

Hekk kif fl-aħħar ġimgħat il-kurja ħabbret li minħabba l-pandemija tal-Covid-19 kellhom jiġu kkanċellati l-festi anke minħabba li dawn jinkludu tlaqqigħ ta’ grupp sostanzjali ta’ persuni, il-kreattività u l-imħabba lejn il-festi tar-raħal iebsa jonqsu.

Xhieda ta’ dan kienet l-istatwa ta’ San Ġorġ li aktar kmieni dehret iddur fuq vann li grazzi għall-Għaqda Mużikali San Ġorġ Martri, dar madwar ir-raħal ta’ Ħal Qormi u “sellem” lil dawk li telgħu fuq il-bjut jew ħarġu fil-parapett b’devozzjoni lejn il-qaddis patrun tagħhom.

Inewsmalta tinsab infurmata li l-vann kien segwit minn vetturi oħra u li numru ta’ familji li qegħdin josservaw il-miżuri u b’hekk kienu ġewwa, ħatfu l-okkażżjoni biex joħorġu ftit minuti biex igawdu l-istatwa li tant jinsabu kburin biha.

Share With: