Magħrufa l-iskeda tal-UEFA Champions League

Il-UEFA hija mistennija tippreżenta l-pjani tagħha għaċ- Champions League, bil-logħbiet jintlagħbu mis-7 sal-31 ta’ Awwissu b’partita kull tlett ijiem sal-finali fid-29 ta’ Awwissu.

Ġew stabbiliti sensiela ta’ laqgħat għal għada, l-Erbgħa u l-Ħamis li ġejjin, biex jiġu diskussi kif għandhom jipproċedu biex jikkonkludu l-istaġun 2019-20 f’nofs il-pandemija tal-coronavirus.

L-idea hi li tilgħab il-kompetizzjoni tat-tazza mis-7 ta’ Awwissu, wara li l-kampjonati domestiċi jkunu waslu fil-konklużjonijiet tagħhom.

L-akbar għażla hija li x’aktarx se tara l-logħbiet tat-tieni leg li fadal mir-round tal-Aħħar 16 taċ-Champions League, li jinkludu Juventus-Lyon u Barcelona-Napoli, jintlagħbu fit-7-8 ta’ Awwissu.

Wara dan, ikunu jistgħu jibdew jilagħbu kull tlett ijiem sal-kwarti-finali home u away, is-semi-finali waqt li l-finali ssir normali fuq logħba waħda.

Dan jista’ jwarrab il-proposta ta’ tournament bejn tmien timijiet b’partiti eliminatorji ta’ darba, għalkemm għad iridu jaraw kif il-logħbiet home u away se jaħdmu ġenwinament wara l-bibien magħluqa.

Atalanta diġà kkwalifikaw għall-kwarti-finali, u għalhekk mhux se jkollhom jilagħbu sal-11-12 ta’ Awwissu, bit-tieni leg fl-14-15 ta’ Awwissu.

Is-semi-finali kienu se jsiru fit-18-19  u 21-22 ta’ Awwissu, imbagħad il-finali f’Istanbul fid-29 ta’ Awwissu.

Imbagħad, il-fażi tal-gruppi taċ-Champions League tal-istaġun 2020-21 ma jibdewx qabel l-20 ta’ Ottubru.

Share With: