Mal-250 student se jingħataw laptop, u aċċess tal-internet b’xejn

Il-Ministru għall-Edukazzjoni u X-Xogħol, Owen Bonniċi, ħabbar li numru ta’ tfal li kienu iddentifikati bħala persuni li jkollhom bżonn l-għajnuna materjali u finanzjarji matul is-sena skolastika, sejrin jingħataw laptop u aċċess tal-internet b’xejn, sakemm l-iskejjel jibqgħu magħluqin b’kawża tal-pandemija tal-Covid-19.

Il-Ministru Owen Bonniċi jħabbar għajnuna finanzjarja

Filwaqt li appella lin-negozji u lill-familji Maltin biex min ikun jista’, jagħti b’self kwalunkwe laptop jew computer “biex jingħata lil dawn il-familji differenti,” il-Ministru Bonniċi ħabbar li kien intlaħaq qbil ma’ operatur privat biex dawn l-istess tfal jingħatalhom aċċess tal-internet b’xejn fid-dar tagħhom stess, biex ikomplu għaddejjin bil-progress edukattiv tagħhom. 

“Dan huwa ż-żmien fejn il-poplu Malti jinsa d-differenzi, u jiġbed ħabel wieħed”

Il-Ministru Owen Bonnici

Fuq mistoqsija ta’ dan il-ġurnal, il-Ministru Bonniċi kkonferma wkoll li l-isema tal-computers kienet tinkludi ħafna mill-assi li kellu diġa dan il-Minister, u minkejja li huwa personlament kien ta d-donazzjoni ta’ xahar paga biex jinxtraw iktar laptops biex jiġu użati f’din l-iskema, huwa xorta kien qiegħed jagħmel appell għal donazzjon ta’ self ta’ laptops oħra mingħand  il=-pubbliku in ġenerali. Fuq il-provvediment tal-internet, is-Segretarju Permanenti tal-Edukazzjoni, Dr Frank Fabri, kkonferma li din l-iskema sejra tiswa lill-Gvern total ta’ €40,000

Il-Ministru Bonniċi fakkar kif bħalissa “huwa ż-żmien tas-solidarjeta, fejn il-poplu Malti jinsa d-differenzi ta’ bejnietna, u jiġbed ħabel wieħed flimkien. Filwaqt li ll-iskejjel ingħalqu, u innutajna b’sodisfazzjoni matul is-snin li l-ammont ta’ tfal taħt din l-iskema kien qiegħed jonqos, dan ma jfissirx li l-bżonnijiet tagħhom waqfu ħesrem ukoll.”

Share With: