“Malta se tkun lesta għat-turisti… imma għalissa nibqgħu d-dar u naqsmu l-memorji sbieħ tal-gżejjer Maltin”

Malta, Għawdex u Kemmuna se jkunu lesti biex jilqgħu lit-turisti meta jkun wasal iż-żmien addattat

Minn MELVIN FARRUGIA, Ritratt ALAN SALIBA

L-Awtorità Maltija tat-Turiżmu bagħtet ittra lill-aġenti msieħba magħha, fejn talbithom biex jaqsmu l-memorji sbieħ li għandhom tal-gżejjer Maltin waqt li ninsabu magħluqin ġewwa minħabba l-Coronavirus. 

Fil-fatt, qed jiġi rrapportat li l-ittra ġiet mibgħuta miċ-ċermen tal-Awtorità, Gavin Gulia u l-Kap Eżekuttiv Johann Buttigieg li flimkien ħeġġew lill-imsieħba biex jiftgħu ritratti tal-memorji sbieħ ta’ Malta fuq Facebook u Twitter filwaqt li jagħmlu taf ta’ VisitMaltaUK. 

Huma assiguraw lill-aġenti li Malta, Għawdex u Kemmuna se jkunu lesti biex jilqgħu lit-turisti meta jkun wasal iż-żmien addattat, għalkemm għalissa ħeġġew lil kulħadd biex jibqa’ d-dar u jistenna dak il-mument. 

Fl-ittra Gulia u Buttigieg kitbu li filwaqt li qed nisimgħu l-messaġġi biex noqogħdu d-dar, it-toroq tagħna huma vojta, il-bajjiet jinsabu bla nies u s-siti storiċi vojta mill-esploraturi.  

Spjegaw kif minħabba s-saħħa u l-benesseri taċ-ċittadini u l-viżitaturi minn madwar id-dinja, din hi neċessità importanti, għalkemm jirrikonoxxu t-tbatija u l-uġigħ li qiegħda tikkawża. 

Insistew li Malta se tkun qiegħda tistenna biex tgħaddi l-pandemija u dd-dinja toħroġ minn din is-sitwazzjoni ta’ lockdown. 

Share With: