Marcello Lippi jgħid li s-Serie A għandha titkompla

L-ex coach tal-Italja, Marcello Lippi, isostni li s-Serie A “għandha tiġi kompluta” u ssuġġerixxa li l-logħbiet jintwerew diretti fuq it-televiżjoni, iżda “bil-bibien magħluqa”.

Huwa żvela li jixtieq li jara l-kampjonat konkluż fil-pitch anke jekk jeffettwa l-istaġun li ġej. “Jien naħseb li l-kampjonati għandhom jiġu kompluti, kollha kemm huma, iżda li jintemmu f’Mejju, Awwissu jew Settembru wieħed għad irid jara.

Naf li tilgħab bil-bibien magħluqa mhux football, iżda meta mhux possibbli li jkun hemm il-partitarji, tista’ xxandar il-logħbiet bla ħlas.”

Share With: