Martin Attard: “Irbaħtlek fis-skiet u fis-silenzju. Irbaħtlek fis-solitudni, iżolat mill-bqija tad-dinja”

“Wara xahar u ġurnata rbaħtlek fis-skiet u fis-silenzju. Irbaħtlek fis-solitudni, iżolat mill-bqija tad-dinja.” Hekk saħaq Martin Attard fuq il-profil tiegħu ta’ Facebook hekk kif qal li wara dan iż-żmien kollu rnexxielu jirkupra saħħtu u jfiq mill-virus tal-Covid-19.

“Irnexxieli nkissrek a virus qerriedi,” tenna Attard.

Tenna li l-virus daħallu f’ħajtu mingħajr ma jaf kif. “Weġġajtni fiżikament. Weġġajtni ferm aktar mentalment,” kompla jgħid hekk kif għamel referenza għall-effetti kemm fiżiċi u kif ukoll mentali li din il-marda ġġib magħha fuq il-persuna infettata.

Huwa ddeskriva l-ġurnata tal-lum bħala paġna ġdida fil-kapitlu ta’ ħajtu. “Se nħalli tebgħa li nibqa’ niftakar għal dejjem.”

Fl-istess waqt saħaq li l-“gwerra kontrik għad fadlilha u flimkien bħala gżira, għażiża Malta, irridu nibqgħu niġġieldu ħalli neqirduk kompletament.”

Huwa temm billi rringrazzja lil dawk kollha li appoġġjawh f’dawn il-ġranet diffiċli. “Grazzi lil dawk kollha li qed jaħdmu lejl u nhar biex nirbħu din il-gwerra.”

Share With: