Massimo Cellino jkompli jisħaq li Brescia mhux se jilagħbu f’dan l-istaġun

Il-president ta’ Brescia, Massimo Cellino, qed iwissi li “sempliċement mhux se jħalli lit-team tiegħu jilgħab, anke jekk dan ifisser punti maqtugħin,” waqt li attakka lill-kap ta’ Lazio, Claudio Lotito, għax irid li l-istaġun tas-Serie A ikompli.

Il-kampjonat 2020-21 twaqqaf xahar ilu minħabba l-pandemija tal-coronavirus u l-pajjiż għadu taħt lockdown, iżda dawk il-miżuri huma mistennija li jittaffew mill-4 ta’ Mejju.

F’dik id-data, il-players għandhom ikunu jistgħu jerġgħu jibdew it-taħriġ fi gruppi żgħar, bl-idea li jilagħbu logħob mill-31 ta’ Mejju.

“Insostni li jekk jerġa’ jibda l-logħob, sempliċement mhux se nħalli lit-team tiegħi jilgħab.Din mhix biss provokazzjoni wieqfa. Jistgħu jneħħulna punti jekk iridu, nieħu r-responsabbiltà kollha għal dan,” qal Cellino.

Brescia u Bergamo huma l-iktar li ntlaqtu minn kwalun­kwe bliet Taljani oħra mill-kriżi tal-coronavirus, b’xeni xokkanti ta’ trakkijiet militari f’konvoj jsuqu twiebet lejn reġjuni oħra minħabba li l-krematorju ma jistax ilaħħaq mad-domanda.

B’din is-sitwazzjoni għadha għaddejja, u madwar 550-600 imwiet kuljum fl-Italja, Cellino ma jistax jara kif l-istaġun jista’ jerġa’ jibda.

“Nara wisq egoiżmu u wisq nies jippruvaw jagħmlu l-aktar minn din is-sitwazzjoni. Lotito jixtieq jerġa’ lura fil-ground? Nisma’ biss lil dawk li jistħoqqilhom li jinstemgħu. Lanqas biss naf jekk Lotito jirrappreżentax lil Lazio, għaliex huwa biss il-president tal-Bord tad-Diretturi tagħhom …

“Fir-rigward tal-FIGC u Gabriele Gravina, għandhom jiffukaw iktar fuq il-kontroll tas-sitwazzjoni finanzjarja tal-clubs u jnaqqsu mid-dehriet tagħhom fuq it-televiżjoni.

“Serjament, ħallihom jimxu madwar Brescia u jaraw x’qed jiġri hawn. M’inix qed infittex xi vantaġġi, u lanqas nibża’ mir-relegazzjoni, għax naf li l-club mhux se jfalli li nerġgħu niksbu postna lura fis-Serie A.”

Share With: