Massimo Cellino pożittiv għal Covid-19

Il-president ta’ Brescia Massimo Cellino ġie ttestjat pożittiv għal Covid-19 u issa jinsab determinat aktar minn qatt qabel biex itemm l-istaġun hawn.

L-ex president ta’ Cagliari u Leeds United ikkonferma li huwa jinsab infettat bil-coronavirus u tenna aktar minn qatt qabel li ma tagħmilx sens li issa jkompli l-istaġun tas-Serie A meta dan il-virus għadu mxerred madwar il-pajjiż.

Cellino qal li kellu telefonata mal-kap eżekuttiv tas-Serie A, Luigi De Siervo, fejn staqsieh jekk hux lest li Brescia jilagħbu l-logħbiet tagħhom fi ground newtrali. Ir-risposta ta’ Cellino kienet ċara. Huwa qal li t-tkomplija tal-istaġun f’dawn is-sitwazzjonijiet hi ġennata totali u ma tagħmilx sens li toħloq inkonvenjent bla bżonn.

Jekk Brescia jirrifjutaw li jilagħbu l-logħbiet li fadlilhom fl-ogħla kampjonat Taljan awtomatikament ikollhom riżultat ta’ 3-0 kontrihom.

Share With: